Sunday, November 24, 2024

Jisraq laptop u jbigħu għal €20 biex jixtri x’jiekol

Aqra wkoll

Somalu ta’ 22 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li ammetta li seraq laptop u biegħu għal €20 biex ikollu flus biex jixtri x’jiekol.

Mohamed Mahamoud Omar, residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, ġie mixli li seraq basket li kien fih laptop u oġġetti oħra ta’ valur minn karozza pparkjata fil-Marsa.

Fil-Qorti ntqal li l-pulizija kienet irċeviet rapport dwar is-serqa u minn analiżi tal-filmati tas-sigurtà, raġel deher jisraq mill-karozza tal-vittma. Aktar tard, il-pulizija lemħu l-imputat li kien liebes l-istess ilbies li deher fil-filmat u arrestawh.

Omar wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, bl-Avukat li deher għalih jinforma lill-Qorti li għamel dak li għamel għax kellu bżonn jixtri x’jiekol.

Il-Maġistrat Noel Bartolo kkundanna lil Omar għal sena priġunerija sospiżi għal tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa.

Sport