Friday, December 13, 2024

Jissokta x-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru

Aqra wkoll

Miexi ġmielu x-xogħol ta’ restawr fuq il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta tant li issa beda jidher ix-xogħol estensiv li qed isir fuq is-suffett, il-lunetti kif ukoll il-madum tal-irħam tal-kurituri tal-istess palazz. 

Din il-fażi tal-proġett, li tiswa madwar €4 miljun, mistennija titlesta madwar nofs is-sena d-dieħla fejn il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi l-erba’ kurituri tal-Palazz.

Il-proġett jinkludi wkoll esperjenza ġdida għall-viżitaturi li tibda min-naħa ta’ isfel tal-Palazz, tidħol fl-armerija u tkompli fl-imsemmija kurituri. 

Fi żjara li għamel fuq il-post il-President ta’ Malta George Vella, huwa spjega li dan il-proġett se jkun qiegħed jagħti ħajja lil dan il-Palazz. Tenna li hi ħasra li l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, għal raġuni jew oħra kien qed jiġi traskurat. 

Qal li llum il-ġurnata dan qed jinbidel għall-istat oriġinali tiegħu u li m’għandux dubju li fi ftit żmien se jerġa’ jkun miftuħ biex jitgawda kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin. 

Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. 

Il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ €28 miljun kofinanzjati minn fondi Ewropej huwa mmexxi mid-Direttorat tar-Restawr u Heritage Malta. 

Ekonomija

Sport