Sunday, December 22, 2024

Jissoktaw l-irvellijiet fi Franza wara l-qtil ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena

… xeni ta’ kaos f’Marsilja

Aqra wkoll

Issoktaw l-irvellijet fi Franza b’rabta mal-qtil ta’ żagħżugħ mill-pulizija wara li dan naqas milli jieqaf meta ordnat biex jagħmel dan. Filmati minn Marsilja wrew il-pulizija jużaw gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Iżda f’Pariġi ġiet innotata preżenza qawwija tal-pulizija, li jidher li skuraġġit xi ftit lid-dimostranti. Il-qtil taż-żagħżugħ Nahel M, li kellu 17-il sena, seħħ nhar it-Tlieta li għadda.

Fi tweet, il-Ministru tal-Intern Franċiż Gérald Darmanin faħħar lill-infurzar tal-liġi għall-“azzjoni determinata” tagħhom li wasslet għal lejl aktar kalm. Fil-fatt, xejn inqas minn 45,000 pulizija ġew skjerati madwar il-pajjiż matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Il-Ministeru tal-Intern qal li sat-3.30 a.m. kienu saru b’kollox 486 arrest. Dan filwaqt li l-Ġimgħa billejl kienu arrestati 1,300 oħra u aktar minn 900 matul il-jum tal-Ħamis.

Il-President Emmanuel Macron ikkudannat l-vjolenza u qal li l-mewt ta’ Nahel kienet qiegħda tintuża biex tiġġustifika atti ta’ vjolenza bħal dawn – li sejħilhom bħala “sfruttament inaċċettabbli tal-mewt ta’ adoloxxenti.”

Ekonomija

Sport