Monday, May 13, 2024

5 persuni l-Isptar wara ħabta f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Warda, Ħ’Attard

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 46 sena li joqgħod Birżebbuġa, kien qiegħed isuq Peugeot 508, tilef il-kontroll u ħabat ġo siġra. Fil-vettura kien hemm ukoll żewġt irġiel ta’ 77 u 69 sena kif ukoll żewġ nisa ta’ 76 u 68 sena, kollha mill-Istati Uniti.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu l-persuni kollha l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, ix-xufier tal-vettura u l-mara ta’ 76 sena ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport