Sunday, May 5, 2024

Jissuġġerixxi politika kontra l-fastidju sesswali obbligatorja f’postijiet li jħaddmu aktar minn 50 persuna 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ma taħsbux li bħala leġiżlaturi għandna ndaħħlu malajr kemm jista’ jkun abbozz biex fuq il-postijiet tax-xogħol b’aktar minn 50 persuna jkun hemm policy kontra l-fastidju sesswali”. Iddikjara dan id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott filwaqt li rrimarka li din għandha biss tkun prevenzjoni addizzjonali tal-liġi biex il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol ma jsir qatt. Huwa rrefera għal statistika li turi li tlieta minn kull erba’ nisa fuq il-post tax-xogħol huma esposti għal fastidju soċjali.

Minn naħa tiegħu Carabott qal li hija biss kelma li qiegħda tinbidel imma li tfisser ħafna. F’Marzu li għadda kellna sentenza li minħabba din l-iżball ta’ kelma, naqset milli tagħti sentenza ta’ kundanna ta’ għaġir li mhuwiex aċċettabbli. 

Dan għaliex fil-liġi hemm il-kelma ‘u’ minflok kliem aktar xieraq u spjegat dwar kif xi ħadd jista’ jinstab ħati ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Spjega li l-liġi tgħid li jrid ikun “Offensiv, umiljanti u intimidatorji u f’dan il-każ partikolari l-Imħallef sabet tnejn minn tlieta u kellha tirriżorti għal sentenza li tillibera minħabba nuqqas ta’ ċarezza.

Carabott qal li b’din l-emenda l-gvern qiegħed jipproponi li l-kelma ‘u’ tinbidel biex tinqara ‘jew’. Agħar minn hekk huwa rrefera għad-diskrepanza fil-qasam leġiżlattiv fejn minħabba li bl-Ingliż hija mniżżla korretta bħala ‘or’, iżda minħabba li l-Malti jipprevali, il-qorti kellha tillibera lil dan l-individwu għax ma nstabx ħati tat-tlieta li huma. 

Carabott ġibed l-attenzjoni tal-Kamra u ssuġġerixxa li minflok il-kelma ‘jew’, l-emenda tinkludi l-frażi ‘waħda minnhom jew iktar’ għaliex jara lok li l-emenda proposta mill-gvern tista’ tagħti lok għal interpretazzjoni ta’ waħda mit-tliet nuqqasijiet, daqslikieku pereżempju bi tnejn jew tlieta l-individwu jkun jista’ jorbot idejn il-qorti fis-sentenza. 

Sport