Saturday, May 4, 2024

“Politika li tissalvagwardja lill-vittmi imma anke lil min iħaddem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-intenzjoni tagħna hija li nagħmlu xi ħaġa li tkun tajba u li verament tirrifletti l-ispirtu tal-liġi.” Iddikjara dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għar-relazzjonijiet industrijali u x-xogħol Ivan Castillo qal li persuni li ma jeħlux dak li għandhom jeħlu fuq ir-reati li jkunu akkużati bihom, ikun qiegħed isir inġustizzja ma’ dawk il-persuni li jkunu sofrew bħal dik il-mara li l-każ tagħha jmur għal Marzu li għadda.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni rat il-ħtieġa li jsir iżjed u filwaqt li rringrazzja lil Graziella Attard Previ u lil Darren Carabott huwa qal li l-proposta msejħa mill-Oppożizzjoni ma saritx għax qamu filgħodu u ddeċidew hekk, iżda għax teżisti informazzjoni li turi li din il-politika hija meħtieġa f’kull post tax-xogħol.

Huwa qal li din il-politika tgħin lil min iħaddem jinforma lill-ħaddiema tiegħu x’inhu u x’mhuwiex aċċettabbli skont il-liġi, imma anke l-vittmi jkunu jafu dan biex ikunu mgħarrfa x’jistgħu jagħmlu.

Castillo qal li ħaddiema vittmi ta’ fastidju sesswali jwasslu għal riperkussjonijiet akkumulattivi għax mhux biss il-persuna tkun affettwata imma anke dawk ta’ madwarha u konsegwentament fuq il-produttività. Filwaqt li saħaq li huwa l-obbligu ta’ min iħaddem li jara li ma jsirux atti kontra persuna u l-fiżika tagħha, id-Deputat Nazzjonalista qal li l-politika tagħhom mhux biss tissalvagwardja lill-ħaddiem imma anke lil min iħaddem.

Sport