Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Manchester City megħluba minn Aston Villa

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City kellhom ibaxxu rashom quddiem Aston Villa hekk kif sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal minn Leon Bailey (74) … biex is-Citizens issa ilhom erba’ partiti ma jirbħu. 

Brighton v Brentford – Brighton dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Brentford 2-1 b’goals minn Pascal Gross (31) u Jack Hinshelwood (52) wara li Bryan Mbeumo (27 pen) fetaħ l-iskor għal Brentford.

Fulham v Nottm F.– Fulham irreġistraw l-akbar re­b­ħa tal-ġurnata bl-iskor ta’ 5-0 fuq Nottingham Forest. 

Alex Iwobi (30, 74) u Raul Jimenez (34, 54) skorjaw doppjetta kull wieħed, b’ Tom Cairney (86) jissiġilla r-rebħa għall-Cottagers.  

C. Palace v Bournemouth – Bournemouth kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 għand Crystal Palace grazzi għal goals minn Marcos Senesi (25) u Kieffer Moore (93). 

Sheffield U. v Liverpool – Barra minn darhom Liverpool għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Virgil van Dijk (37) u Dominik Szoboszlai (94).

Man Utd v Chelsea – Manchester United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 2-1 fejn Bruno Fernandes (9) falla penalty għalihom. Iżda l-eroj kien Scott McTominay (19, 69) li skorja ż-żewġ goals għar-Red Devils … b’Cole Palmer (45) iwieġeb għal Chelsea.

Sport