Friday, December 20, 2024

Jissuktaw aktar ftehimiet soċjali… fil-preżent 48 ftehim soċjali li jgħinu nies vulnerabbli

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali kompla jissiġilla aktar ftehimiet soċjali, din id-darba ma’ Dar Tereża Spinelli, li tilqa’ tfajliet ta’ bejn il-ħmistax u t-tmintax-il sena  u li jkunu spiċċaw bla saqaf fuq rashom. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li din is-sena is-somma totali telgħet €17-il miljun, meta seba’ snin ilu s-somma kienet dik ta’ €3 miljun. Fil-preżent, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għandu 48 ftehim soċjali ma’ għaqdiet jew residenzi li jgħinu l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà. 

Dar Tereża Spinelli sservi ta’ xelter 24 siegħa kuljum għal nisa li jkunu spiċċaw barra minn darhom għal diversi raġunijiet. Id-dar għandha kapaċità li tilqa’ 15-il mara u f’każijiet minnhom tilqa’ wkoll it-tfal ta’ dawn it-tfajliet. Tingħata wkoll assistenza psikoloġika, fiżika u sapport soċjali.

Il-ministeru ffinanzja s-somma ta’ €560,000 mifruxa fuq perjodu ta’ tliet snin.

Ekonomija

Sport