Monday, May 13, 2024

Magħqudin sa’ mewthom… Imutu Ronnie u Donnie, it-tewmin Siamese

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Ronnie u Donnie Gaylon, it-tewmin Siamese li sa mit-twelid kienu magħqudin minn ġenbhom. Qed ikun irrapportat li t-tewmin mietu nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju fl-età ta’ 68 sena. Skont l-istess rapporti, Ronnie u Donnie kienu qed iżommu r-rekord dinji tal-aktar tewmin li damu ħajjin u li twieldu bijoloġikament magħqudin. 

L-aħwa kienu jaqsmu bejniethom l-istess sistema diġestiva, organu sesswali u musrana. Min-naħa l-oħra, kemm Ronnie kif ukoll Donnie kellhom qalb, żaqq, par saqajn u par idejn kull wieħed. 

Sa mill-età ta’ tliet snin, l-aħwa kienu jaħdmu bħala attrazzjoni f’numru ta’ xows taċ-ċirku u wirjiet karnivaleski. 

Il-fenomenu tas-Siamese twins iseħħ darba kull 200,000 twelid u r-rata ta’ ħajja tvarja minn 5% sa 25%.

Sport