Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm Triq Wilġa San Ġiljan (Kodiċi tas-Sit B 05) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 (mis-7:30 a.m. sat-3:30 p.m.) jew jibgħat e-mail fuq [email protected], [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’dan l-indirizz: Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.