Monday, May 13, 2024

Jista’ jkollna vaċċin kontra l-Coronavirus sal-aħħar tal-2020 – uffiċjal għoli tas-saħħa tal-UE

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Skont il-Kummissarju tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, Stella Kyriakides, jista’ jkun hawn vaċċin kontra l-Coronavirus li jibda jitqassam minn kmieni s-sena d-dieħla. 

Għalkemm qalet li hu riskjuż li jsir tbassir f’dan il-mument, Kyriakides qalet li għandhom indikazzjonijiet tajbin li l-ewwel vaċċin se jkun disponibbli lejn l-aħħar ta’ din is-sena jew inkella fil-bidu tas-sena li ġejja. 

Ix-xjentisti għadhom ma stabbilixxewx jew hux se jkun possibbli li jinħoloq vaċċin effettiv kontra l-Coronavirus u dan qalitu anke l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li wissiet il-ġimgħa l-oħra li jista’ qatt ma jkunx hemm is-soluzzjoni maġika f’forma ta’ vaċċin. 

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesys qal li kuljum qegħdin nitgħallmu dwar il-virus. Sostna li hu kuntent li d-dinja għamlet progress biex tidentifika trattamenti li jistgħu jgħinu lin-nies bl-aktar forom serji ta’ COVID-19 biex ifiqu. Qal li numru ta’ vaċċini jinsabu fit-tielet fażi tat-testijiet kliniċi u għalhekk jittama li jkun hemm numru ta’ vaċċini effettivi li jipprevjenu l-infezzjoni. 

Sport