Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici staqsa fejn hi t-tmexxija ta’ Dr Bernard Grech. Hu qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fil-Parlament waqt id-diskossjoni dwar mozzjoni mressqa mill-Gvern biex tikkundanna l-aġir fil-konfront tal-Ispeaker.
“Dgħajfa kompletament. Assenti kompletament fiżikament.” Huwa qal ukoll li m’għandux dubju li l-attakk insensat u kattiv li sofra l-Ispeaker mhux se jkun qiegħed itellfu mill-ħidma kbira li qed iwettaq.
Tenna li “aħna napprezzaw l-impenn ġenwin tiegħu u grati lejn il-ħidma tiegħu. Aħna fuq in-naħa tal-poplu. Ħaddieħor huwa fuq in-naħa ta’ Karol Aquilina,” qal il-Ministru Bonnici fil-Parlament.