Friday, November 15, 2024

Jistaqsi kinitx kumbinazzjoni li Mater Dei nbena fl-istess perjodu mad-Dar Ċentrali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-deputat Laburista Carmelo Abela tkellem dwar il-miri tal-gvern fil-qasam tas-saħħa u s-sostenibbiltà tas-settur. Abela qal li l-filmati li qiegħda turi l-midja tal-partit Nazzjonalista wara s-sentenza tal-Qorti Ċivili b’rabta mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet huma ċertifikat ta’ falliment ukoll tal-gvern Nazzjonalista li ħalla lil dawn l-isptarijiet mitluqa.

Huwa qal li f’dawn l-aħħar għaxar snin ta’ gvern Laburista, il-qasam tas-saħħa mexa ferm ’il quddiem. Huwa semma fost affarijiet oħra l-lista tal-istennija, il-lista tal-mediċini out of stock li naqsu ferm flimkien mal-ftuħ ta’ diversi Bereġ biex joffru servizzi aktar viċin biex tiżdied l-effiċjenza fost titjib ieħor. 

“Aktar minn għaxar snin ilu kellna kontroversja oħra fil-qasam tas-saħħa li ma tantx nitkellmu dwarha. Meta kien qiegħed jinbena l-Isptar Mater Dei li mhux biss dam is-snin jinbena, mhux biss in-nefqa nqabżet bil-bosta u l-aspett tas-sostenibbiltà ma nżammx lanqas, imma nafu wkoll il-kwalità tal-materjal li ntuża speċjalment fejn għandu x’jaqsam il-konkos fil-bini ta’ dan l-Isptar”, żied jgħid Abela filwaqt li qal li forsi b’kumbinazzjoni fl-istess perjodu kienet qiegħed tinbena d-Dar Ċentrali.

Ekonomija

Sport