Hekk kif wieħed ikun dieħel fir-raħal tal-Qala f’Għawdex jista’ jinnota arblu twil 105 piedi.
L-Għaqda Briju San Ġużepp qalu li din kienet ħolma li issa saret realtà. Qalu li grupp ta’ persuni fl-għaqda tal-Briju ilhom jaħdmu fuq dan il-proġett għal diversi xhur biex issa d-daħal tal-Qala ħadet dehra isbaħ għal festa.
Ir-raħal tal-Qala jiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp fl-Ewwel Ħadd ta’ Awwissu u l-festa tiġbed lejha mijiet ta’ Għawdxin u Maltin.