Nhar it-Tlieta li għadda d-Djoċesi t’Għawdex fakkret l-għeluq ta’ 12-il sena mill-mewt tal-E.T. Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi.
Kien fil-15 ta’ Novembru tal-2010 meta l-Isqof Cauchi miet wara snin twal ta’ ħidma fid-Djoċesi li tant kien jgħożż. Fuq il-profil ta’ Facebook id-Djoċesti t’Għawdex qalet li l-Isqof Cauchi kien maħbub ferm bħala ragħaj spiritwali tal-gżira Għawdxija.
Nikol Cauchi rċieva l-ministeru episkopali fl-1967 bħala Amministratur tad-Djoċesi, imbagħad fl-10 ta’ Settembru 1972 bħala Isqof tad-Djoċesi. Dam iservi d-djoċesi ta’ Għawdex bħala ragħaj spiritwali tagħha sal-2015. Jinsab midfun fil-Katidral tagħna fil-kappella tas-Salvatur, jew tar-relikwiji, fuq xewqa tiegħu stess. Strieħ fis-sliem għażiż Nikol u grazzi ta’ kemm ħabbejt il-Katidral tagħna!
Jitħabbru l-abbatini li se jservu fil-Vatikan
Intant fl-aħħar sigħat id-Djoċesi t’Għawdex ħabbret l-ismijiet tal-abbatini li fis-sajf li ġej se jkunu qegħdin jagħtu servizz fil-Vatikan.
Għal ħafna dan jitqies bħala privileġġ kbir u anke waqt dan is-servizz l-abbatini jkollhom udjenza mal-Qdusija Tiegħu l-Papa.
Għas-sajf tal-2023 dawn huma l-abbatini li se jservu fuq l-artali tal-Vatikan:
• Cristiano Hili mill-Parroċċa Ta’ Kerċem, Samwel Camilleri mill-Parroċċa tax-Xewkija, Darryl Apap mill-Parroċċa Ta’ Sannat, Kurt Cutajar mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Felix Agius mill-Parroċċa Ta’ Sannat, Steven Buttigieg mill-Parroċċa tal-Qala, Gabriel Debrincat mill-Parroċċa tax-Xewkija, Gianni Zarb mill-Parroċċa Ta’ Sannat, Kurt Vella mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Andrew Zerafa mill-Parroċċa ta’ Sannat.