Sunday, May 5, 2024

Il-Federazzjoni Pollakka tirringrazzja lill-forzi armati tal-Qatar

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Futbol Pollakka rringrazzja lill-forzi tal-militar tal-Qatar li skortat lill-plejers tat-tim nazzjonali sabiex jaslu qawwijin u sħaħ fil-lukanda tagħhom jumejn qabel il-bidu tat-tazza tad-dinja.

Fil-fatt żewġ ajruplani militari F16 skortaw lill-plejers Pollakki bħala prekawzjoni wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żewġ missili li waqgħu fit-territorju Pollakk u li kienu ġejjin mill-Ukrajna. Aktar tard l-istess Ukreni qalu li dawn intefgħu bi żball fin-naħa Pollakka.

Il-Polonja tiftaħ l-impenji tagħhom fit-tazza tad-dinja kontra l-Messiku nhar it-Tlieta li ġej.

Sport