Saturday, May 4, 2024

Barcelona bl-aktar plejers li se jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Statistika interessanti li ħarġet qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar tgħid li l-klabb Katalan ta’ Barcellona għandu l-iktar numru ta’ plejers li se jilgħab f’dan it-turnament prestiġġjuż fuq livell mondjali.

Fil-fatt il-Blaugrana għandhom 17-il plejer, wieħed iktar minn Bayern Munich li għandhom 16.

Fl-aħħar sigħat din l-istatistika nbidlet drastikament hekk kif il-kowċ Spanjol għajjat lil Alejandro Balde minflok Jose Gaya li weġġa’ filwaqt li Sadio Mane, il-plejer tas-Senegal li jilgħab ma’ Bayern Munich kellu jirtira minn din it-tazza tad-dinja wara injury li sofra.

Sport