Sunday, May 5, 2024

Inter bejn Rodrigo Becao u Evan N’Dicka

Aqra wkoll

Inter qed ifittxu plejers ġodda sabiex isaħħu d-difiża tagħhom. Fil-fatt id-diriġenti Nerazzurri qed jevalwaw żewġ plejers li jistgħu jilbsu l-flokk iswed u ikħal tat-tim u dawn huma Rodrigo Becao ta’ Udinese u Evan N’Dicka ta’ Eintracht Frankfurt.

Il-valur ta’ Becao żdied xi ftit f’dawn l-aħħar xhur wara l-wirjiet tajba li qed jagħmel mal-Friulani filwaqt li iktar jidher possibbli t-trasferimenti ta’ N’Dicka li jinsab fl-aħħar xhur tiegħu tal-kuntratt mat-tim Ġermaniż.

Jidher saħansitra li l-plejer Franċiż jista’ jiċċaqlaq f’Jannar ladarba l-plejer ta’ Inter Robin Gosens jiċċaqlaq waqt is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. 

Sport