Sunday, May 5, 2024

Sasa Lukic b’futur inċert ma’ Torino

Aqra wkoll

Jidher li l-futur ta’ Sasa Lukic ma’ Torino hu ferm imċajpar. Minkejja n-numru ta’ laqgħat li r-rappreżentant tiegħu Ivan Vagnati kellu mad-diriġenti Granata, s’issa ma kien hemm l-ebda forma ta’ ftehim sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu.

Sadanittant Lukic jinsab fil-Qatar mat-tim nazzjonali tas-Serbja u Torino qed jaħsbu li jekk Lukic ikollu turnament pożittiv, huma jixħtuh fis-suq tat-trasferimenti u jieħdu xi ħaġa tiegħu milli jarawh jitlaq mingħajr flus.

Sport