Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent li se jkun qed jifforma parti minn Team Malta fil-European Games li ġejjin.
It-tielet edizzjoni ta’ dawn il-Logħob se ssir fi Kraków u r-reġjuni ta’ Małopolska fil-Polonja mill-21 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Lulju 2023.
Id-Direttur tal-KOM tal-Isport u Chef de Mission ta’ dawn il-Logħob Charlene Attard, spjegat li Malta se tkun qed tikkompeti fl-isparar u l-badminton, u t-tim se jkun magħmul minn seba’ atleti u erba’ uffiċjali.
Skeet : Marlon Attard u Clive Farrugia
Skeet Team: Marcello Attard, Marlon Attard u Clive Farrugia
Kowċ : Bruno Gubellini
Trap: Gianluca Chetcuti
Trap: Mikaela Galea
Trap Mixed Team: Gianluca Chetcuti u Mikeala Galea
Kowċ: Antonello Iezzi
Pistola 10m u 25m: Eleanor Bezzina
Badminton: Matthew Abela
Kowċ: Edmond Abela
L-ewwel li ser tikkompeti se tkun it-tiratur Eleanor Bezzina, li fit-22 ta’ Ġunju se tikkompeti fil-kwalifikizzjoni tal-10m Air Pistol. Il-kwalifiki tal-iskeet se jibdew fl-24 ta’ Ġunju, filwaqt li l-kompetizzjonijiet tal-Badminton se jibdew it-Tnejn 26 ta’ Ġunju.
Eleanor Bezzina ser iġġor il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ