Ġermaniż li kien issuspettat bl-għajbien taċ-ċkejkna Madeline McCann għadu kemm ġie ddikjarat uffiċjalment bħala suspettat mill-awtoritajiet Portugiżi.
Christian Brueckner, raġel ta’ 44 sena, bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li kkommetta stupru fuq mara anzjana ta’ 72 sena fl-istess żona Portugiża li dehret fiha l-aħħar ċ-ċkejnkna qabel ma ġiet irrappurtata nieqsa.
Madeline dehret l-aħħar fiż-żona ta’ Praia da Luz fl-2007. F’Settembru tal-istess sena, il-ġenituri ta’ Madeleine — Kate u Gerry — u Robert Murat kienu tqiesu bħala suspettati, però mbagħad ġew meħlusa minn kull suspett minħabba li ma nstabet l-ebda evidenza li torbothom mal-għajbien taċ-ċkejkna.