Għada se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil Brian Mifsud, magħruf bħala d-Deluxe — ir-raġel li tilef ħajtu fl-età ta’ 60 sena nhar l-24 ta’ Ġunju li għadda fir-Rabat, Malta.
Il-quddiesa tal-funeral se ssir fil-Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat stess, għall-ħabta tat-8:30 a.m.
L-inċident seħħ fi Triq Gorg Borg Olivier, ir-Rabat, fejn ir-raġel kien qed isuq karozza tal-għamla Skoda Rapid u għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ żewġ vetturi, sakemm imbagħad baqa’ dieħel f’faċċata ta’ dar.