Sunday, December 22, 2024

Jitħabbru l-BOV Basketball Plejers tax-Xahar – Ottubru 2021

Aqra wkoll

Shawn Montague (Gżira Athleta), Kenyotta Jenkins (Hibernians) u Chad Patus (Hibernians) huma l-BOV Basketball Plejers tax-Xahar għal Ottubru 2021.

Il-forward tal-Athleta Montague rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għall-Kampjonat BOV Basketball tal-ewwel diviżjoni. Montague kiseb medja ta’ 32.75 punti kull logħba matul Ottubru. Il-plejer ta’ 6”6’ li ġej minn Yorktown Heights NY skorja 131 punt f’erba’ logħbiet b’medja ta’ 57% mill-grawnd u 61% mil-linja tal-free-thow.

Kenyotta Jenkins, Potts Camp, Mississippi, kellha l-aktar medja ta’ rebounds ogħlja bi 12.2 rebound kull logħba kif ukoll kistbet medja ta’ 22.2 punt kull logħba. Il-forward ta’ 6”1’ ħalliet impatt immedjat għal Hibernians bil-111-il punt tagħha f’5 logħbiet.

Chad Patus, mhuwiex stranġier għall-unuri individwali, b’dan ikun it-8 Unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għalih. Il-forward imwieled il-Kanada laħaq kiseb total ta’ 53 punt għat-Tim ta’ Hibernians li jilgħabu fil-BOV Amateur League.

Charles Azzopardi, Kap, CSR u Komunikazzjoni fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-Malta Basketball Association f’konformità mal-impenn ESG tiegħu sabex jiżgura ħajja sana u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd f’kull età.

Ekonomija

Sport