Wednesday, April 24, 2024

Numru ta’ priġunieri jibdew strajk tal-ġuħ

Aqra wkoll

Numru ta’ priġunieri mil-lejla bdew bi strajk tal-ġuħ. Dan is-sit infurmat minn sorsi ta’ min joqgħod fuqhom li numru ta’ priġunieri mil-lejla bdew strajk tal-ġuħ u dan b’rabta mas-sospenzjoni tas-sur Alex Dalli.

Il-priġunieri jinsabu f’żewg diviżjonijiet partikolari u fost il-priġunieri hemm wieħed li ftit ġimgħat ilu kien fetaħ kawża fil-konfront tal-amministrazzjoni tal-ħabs. Jidher li l-aġent Kap Eżekuttiv kien infurmat b’dan l-istrajk tal-ġuħ, iżda mhux magħruf jekk kienx f’taħditiet ma’ dawn il-priġunieri.

Sport