L-inizjattiva Sports Unity terġa’ lura hekk kif Ħamrun Ħanin tingħaqad ma’ The Malta Trust Foundation, bl-ambizzjoni li tgħaqqad il-komunità sportiva
Ħamrun Ħanin, il-fergħa soċjali ta’ Ħamrun Spartans FC, ħabbret fażi ġdida tal-inizjattiva Sports Unity, din id-darba b’kollaborazzjoni ma’ The Malta Trust Foundation, imwaqqfa u preseduta mill-eks President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Bl-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti u tar-Richmond Foundation, Sports Unity għandha l-għan li tistabbilixxi pjattaforma li permezz tagħha klabbs u dixxiplini sportivi differenti jkunu jistgħu jingħaqdu biex jappoġġjaw kawżi soċjali, billi jisfruttaw il-qawwa tal-isport li jgħaqqad lin-nies sabiex jagħmlu differenza pożittiva fis-soċjetà.
L-ewwel attività taħt din l-inizjattiva estiża se ssir fit-8 ta’ Diċembru li ġej fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, fejn se tlaqqa’ flimkien partitarji tat-12-il klabb li jikkompetu fil-Malta Premier. Huma se jingħaqdu biex jiġbru fondi għal The Malta Trust Foundation, u juru li, minkejja li jilbsu kuluri differenti u jappoġġjaw timijiet differenti, huma jaqsmu impenn komuni li jagħmlu differenza pożittiva. Taħt it-tema ‘Kuluri Differenti. Qalb Waħda’, l-attività toffri opportunità unika lill-partitarji tal-futbol biex iwarrbu r-rivalitajiet tradizzjonali u jingħaqdu għal kawża waħda.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet din l-inizjattiva, filwaqt li osservat li huwa ta’ inkoraġġiment li l-isport qed jipprovdi opportunità biex persuni minn sfondi u komunitajiet differenti jingħaqdu b’appoġġ għal kawża komuni. Hija enfasizzat ukoll l-importanza ta’ inizjattivi li jiġbru l-isforzi kollettivi biex jindirizzaw il-ħtiġijiet soċjali, u żiedet li dan huwa partikolarment importanti fis-soċjetà Maltija fejn spiss ikun hemm polarizzazzjoni minħabba l-isport, il-politika jew it-tradizzjonijiet tal-irħula.
Ian Debattista, Chairman ta’ Ħamrun Ħanin, spjega l-mixja tal-organizzazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, li fihom ħadmet biex tilħaq l-għan tagħha li tagħti kontribut pożittiv lis-soċjetà permezz ta’ diversi inizjattivi soċjali. Huwa qal li, filwaqt li Ħamrun Ħanin kisbet progress konsiderevoli, jemmen li ħidma kollettiva ma’ klabbs u organizzazzjonijiet sportivi oħra tista’ tħalli impatt saħansitra akbar fuq il-komunitajiet tagħna.
Għalkemm il-futbol se jkun il-punt tat-tluq għal din l-inizjattiva mġedda, Sports Unity għandha l-għan li testendi l-ħidma tagħha għal dixxiplini sportivi oħra, u toħloq opportunitajiet għall-atleti, il-partitarji u l-organizzazzjonijiet sportivi biex jaħdmu flimkien fuq proġetti soċjali. L-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti jirrifletti din l-ambizzjoni.

Sports Unity se tkun qed taħdem ukoll flimkien mar-Richmond Foundation biex tikkoordina attivitajiet futuri, hekk kif is-saħħa mentali u l-benesseri ġew identifikati bħala pilastri essenzjali tal-programm soċjali usa’ tal-inizjattiva. Permezz ta’ dawn is-sħubijiet, Sports Unity għandha l-għan li tiżviluppa pjattaforma li tlaqqa’ flimkien partijiet interessati differenti fi ħdan il-komunità sportiva biex jindirizzaw firxa ta’ kwistjonijiet soċjali.
Separatament, il-Malta Street Sports Alliance se tkun qed tikkollabora fl-istess ġurnata billi torganizza spettaklu sportiv fil-viċinanza tal-istadium, u b’hekk toffri attrazzjoni addizzjonali lil dawk li se jattendu l-attività.
Il-konferenza tal-aħbarijiet indirizzawha wkoll l-Onor. Omar Farrugia, Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, l-Onor. Graziella Galea, Shadow Minister għall-Inklużjoni, u Alan Abela, CEO tal-Malta Premier, li lkoll esprimew l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva.
L-Onor. Omar Farrugia qal: “Fil-futbol kull wieħed minna għandu t-tim tiegħu u l-kuluri tiegħu, imma meta niġu biex ngħinu lil min għandu bżonn, il-qalb għandha tkun waħda. L-isports jgħaqqadna. Jgħaqqad il-komunitajiet.
Inizjattivi bħal din huma l-qalba tal-benesseri ta’ soċjetà Maltija. Il-benesseri ma jinbeniex biss bil-miżuri tal-Gvern. Jinbena wkoll meta n-nies jiltaqgħu, jirrispettaw lil xulxin u jħossuhom parti minn komunità waħda. Meta ż-żgħażagħ tagħna jagħżlu li jqattgħu ftit sigħat flimkien fuq il-grawnd minflok quddiem screen, u fl-istess ħin jgħinu lil ħaddieħor, dak huwa investiment f’soċjetà aktar b’saħħitha u aktar magħquda.”
L-Onor. Graziella Galea qalet: “Id-diversità m’għandhiex tkun raġuni li tifridna, iżda opportunità li tgħaqqadna. Nistgħu nkunu supporters ta’ timijiet differenti iżda lkoll nistgħu ningħaqdu flimkien għal għan wieħed.”
Kuluri Differenti. Qalb Waħda: It-12-il klabb tal-Malta Premier jingħaqdu għal għan wieħed