Thursday, November 12, 2026
Home Sport Partita ta’ Ħbiberija: Malta miżmuma minn Eswatini li lagħbu bi player inqas...

Partita ta’ Ħbiberija: Malta miżmuma minn Eswatini li lagħbu bi player inqas għal siegħa sħiħa

0
51
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

MALTA…………………….1

ESWATINI ……………..1

F’partita ta’ ħbiberija kontra t-team mill-kontinent Afrikan, Eswatini, it-team nazzjonali Malti safa miżmum fi draw ġust ta’ 1-1, bl-avversarji tagħna jilagħbu għal siegħa sħiħa bi player inqas.

Fil-veritá, il-Maltin kienu l-aħjar team matul il-logħba kollha iżda Eswatini kienu veloċi fil-kontrattakki tagħhom.

Kienu Eswatini li ħolqu l-ewwel periklu mal-kwarta logħob meta Justice Figareido spara xutt mid-distanza li ntemm fuq is-saqaf tax-xib­ka.

Il-Maltin wieġbu fis-27 mi­nuta meta l-captain Matthew Guillaumier kellu free-kick mill-isbaħ salvat parzjalemnt mill-goalkeeper, Sibusiso Diamini, b’Neliswa Senzo Dlamini jinnewtralizza fil-ħin f’corner hekk kif Kurt Shaw deher li seta’ jiskorja.

Fid-29 minuta, l-avversarja tagħna spiċċaw jilagħbu bi  player inqas, meta tkeċċa Gift Gamedze għal daħla mill-aktar perikoluża fuq Keyon Ewurum li deher destinat ikompli javvanza b’ċans ovvju ta’ goal.

Iżda għalkemm bi player inqas, Eswatini resqu viċin li jiftħu l-iskor fil-31 minuta meta Figareido venven xutt b’saħħtu mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Malti James Sissons li salva tajjeb megħjun mill-wieqfa.

Madankollu, fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, meta f’azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, PHILANI MKHONTFO venven xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Peró, appena għaddew żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin kisbu d-draw meta mill-cross preċiż ta’ Paul Mbong, is-sostitut BASIL TUMA, iddepożita l-ballun fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras biex dan kien l-ewwel goal tiegħu bil-flokk Maltin.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Maltin u żewġ minuti biss wara resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta s-sostitut l-ieħor Steve Pisani kellu x-xutt mill-viċin salvat f’żewġ tentattivi minn Diamini.

Fl-64 minuta, f’azzjoni kważi foto-kopja għal dik li wasslet għall-ewwel goal, is-sostitut Irvin Cardona indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Tuma li din id-darba iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tfalli l-mira.

Madankollu, kienu Eswatini li resqu qrib li jerġgħu imorru fil-vantaġġ fis-70 minuta meta s-solitu Figareido peremzz ta’ xutt b’saħħtu mpenja sew lil Sissosns li bi bravura evita goal ċert.

Malta wieġbet fis-77 mi­nuta meta minn azzjoni ta’ free-kick, id-daqqa ta’ ras b’lura ta’  Carlo Zammit Lo­nar­delli, ġiet imdawra f’corner minn Diamini.

Fil-85 minuta, Cardona indirizza cross fil-baxx li sab lil Tuma li iżda minn taħt il-lasta laqat il-ballun ħażin, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Malta: James Sissons, Gabriel Bohrer Mentz (Mattias Ellul 62), Kurt Shaw (Basil Tuma 46), Matthew Guillaumier (Joseph Essien Mbong 46), Paul Mbong (Teddy Teuma 62), Andrea Zammit (Carlo Zammit Lonardelli 46), Kevin Cannavo (Steve Pisani 46), Myles Beerman, Keyon Ewurum (Ilyas Chouaref 75), Zach Muscat (Enrico Pepe 75), Alex Satariano (Irvin Cardona 62)  – Coach: Emilio De Lio

Eswatini: Sibusiso Diamini, Siphegheio Newman Philiso, Neliswa Senzo Diamini, Thubelih­le Mavuso, Justice Figuareido Nkosinathi Shongwe 83), Philani Mkhontfo (Senanelo Nkambule 83), Sizwe Yeki Khumalo (Sambulo Simelane 66), Gift Gamedze, Kwakhe Thwala, Simanga Masangane, Nkosingiphile Shongwe   – Coach: Dominic Kunene

Referee: Gustavo Correia (Portugall)

assistenti: Andre Filipe Nogueira Dias, Tiago Costa (Portugall)

Raba’ Uff.: Matthew Degabriele (Malta)

Skorers: P. Mkhontfo 45+1 (E), B. Tuma 47 (M)

Ammoniti: N. Shongwe, K. Thwa­la (E)

Tkeċċa: G. Gamedze 29 (E)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here