Il-partita ta’ ħbiberija bejn Malta u Eswatini, li ntlagħbet fli Stadium Nazzjonali nhar il-Ħamis, spiċċat fi draw ta’ 1-1, kienet tħejjija għall-konfront importanti ta’ nhar it-Tnejn li ġej kontra Ġibiltá hekk kif se jiġi deċiż ir-rebħ ta’ Grupp D1 ta’ League D tal-UEFA Europa League.
Madankollu, jekk illum Ġibiltá jonqsu milli jegħlbu lil Andorra, Malta tkun dikjarata rebbieħa tal-grupp u tirbaħ id-dritt li tilgħab fil-play-off għall-Euro 2028.
Fil-veritá, minkejja li l-Maltin iddettaw l-andament tal-partita, sabuha diffiċli biex ikunu inċiżivi kontra team determinat li għal siegħa sħiħa lagħab bi player inqas meta tkeċċielhom Gift Gamedze, fid-29 minuta, għal daħla kerha fuq Keyon Ewurum meta kien f’pożizzjoni li javvanza waħdu lejn il-lasta avversarja.
Din is-sit talab il-kummenti tal-president tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, li sostna li dan il-konfront kien test għall-partita importanti kontra Ġibiltá kif ukoll kienet opportunitá biex jiġu ntrodotti players żgħażagħ.
Huwa qal:
“Minkejja li ma kienx riżultat li xtaqna, kien test tajjeb għalina kontra team motivat ħafna bi players atletiċi li ma waqfux jiġru. Dan minbarra li huma b’saħħithom ħafna.
“Jien sodisfatt ukoll li ma kellna l-ebda injuries f’dan il-konfront … hekk kif qabel il-partita importanti ta’ nhar it-Tnejn, konna kemmxejn inkwetati li seta’ ġara dan.
“Peró, issa se mmorru f’Ġibiltá biex nipprovaw niksbu t-tliet punti fejn irridu nagħtu l-aħjar tagħna biex nispiċċaw l-ewwel fil-grupp … biex ikollna l-oppurtunitá li mmorru nilagħbu fil-play-off għall-Euro 2028 … xi ħaġa ġdida bħala realtá li t-team nazzjonali wkoll qed jesperjenza u allura naħseb li kollox ma’ kollox, għalkemm ir-riżultat ma kienx dak li xtaqna … għax xtaqna li nirbħu din il-partita … iżda kien test tajjeb u lezzjoni tajba minn team li jinsab irrankjat fl-istess livelli tagħna.
“Barra minn hekk, li James Sissons iddebutta mill-bidu kif ukoll Mattias Ellul ġie utilizzat fil-partita, huma żewġ fatturi pożittivi biex nintroduċu lplayers żgħażagħ u nħarsu ‘l quddiem biex kemm għal nhar it-Tnejn, li jkollna prestazzjoni u riżultat dak li nixtiequ …kif ukoll għal dawn il-players żgħażagħ li jkomplu jikbru u jagħmlu l-progress fl-ambitu tat-team nazzjonali.”





