Friday, November 13, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-Belġju jikkastigaw lit-Turkija għall-ħames telfa konsekuttiva

UEFA Nations League: Il-Belġju jikkastigaw lit-Turkija għall-ħames telfa konsekuttiva

0
32

Il-Belġju kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra t-Turkija fil-UEFA Nations League, wara li dawru telfa f’rebħa b’żewġ gowls fi tliet minuti biex din kienet il-ħames telfa konsekuttiva għat-Torok.

It-Turkija fetħet l-iskor fl-20 minuta permezz ta’ Arda Güler, li skorja minn free-kick mill-isbaħ. Madankollu, il-Belġju għamlu reazzjoni u kisbu d-draw fis-27 minuta permezz ta’ Kevin De Bruyne, wara azzjoni tajba ta’ Jeremy Doku.

Tliet minuti wara, Charles De Ketelaere skorja t-tieni goal għall-Belġjani minn rebound wara tentattiv ta’ Diego Moreira, biex poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ.

Fit-tieni taqsima, it-Turkija ppruvaw ifittxu l-goal tad-draw iżda sabu lil Senne Lammens f’forma tajba, hekk kif wettaq diversi saves importanti.

Din ir-rebħa tellgħet lill-Belġju għal disa’ punti u fit-tieni post ta’ Grupp A1, filwaqt li t-Turkija baqgħu fl-aħħar post mingħajr ebda punt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here