Spanja komplew jiddominaw fil-UEFA Nations League meta barra minn darhom għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 2-0.
Alex Baena fetaħ l-iskor fit-38 minuta minn penalty wara li l-VAR ikkonferma li kien hemm hands fil-kaxxa minn Ambros. Spanja kompliet tikkontrolla l-logħob, filwaqt li Fabian Ruiz kien sfortunat meta t-tentattiv tiegħu ħabat mal-lasta.
Ir-Repubblika Ċeka ppruvaw iwieġbu fit-tieni taqsima, iżda sabu difiża Spanjola organizzata. Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha għall-ospiti meta l-captain Ladislav Krejčí tkeċċa fil-71 minuta wara intervent tal-VAR.
Spanja approfittaw mis-superjorità numerika u Marc Pubill issiġilla r-rebħa fil-95 minuta.
Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva ta’ Spanja fin-Nations League, li b’hekk żammew ir-rekord perfett tagħhom fil-kompetizzjoni u estendew is-sensiela ta’ 44 partita mingħajr telfa f’logħbiet kompetittivi.





