Thursday, April 25, 2024

Malta fost l-aktar li naqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju

Aqra wkoll

Il-ġurnal influenti The Economist din il-ġimgħa għamel analiżi fuq kif żviluppaw l-emissjonijiet tal-karbonju fl-aħħar snin. Dan wara li rapport riċenti maħruġ mill-aġenzija ta’ riċerka Globan Carbon Project, innota kif fl-aħħar għaxar snin fl-aħħar jidher li l-emissjonijiet tal-karbonju bdew jilħqu ċertu stabilita. Dan minħabba li f’pajjiżi żviluppati bħal l-Amerika u dawk tal-Unjoni Ewropea rnexxielhom ibaxxu l-emissjonijiet biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda li għamlu pajjiżi li għadhom jiżviluppaw.

L-Economist innota kif 76 pajjiż irnexxielhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju ras għal ras b’aktar minn 5% fl-aħħar deċenju. Imma f’ħafna każi dan kien minħabba li kien hemm tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’dawn il-pajjiżi. Kien biss f’24 pajjiż fejn żdiedet l-attività ekonomika ras għal ras u fl-istess ħin naqsu l-emissjonijiet tal-karbonju ras għal ras. 

L-analiżi tal-Economist turi li Malta kienet fost dawn il-ftit pajjiżi li qed jirnexxielhom jibqgħu jikbru b’rata tajba ekonomikament filwaqt li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.Dan huwa l-mudell tal-prosperita ġdida li permezz tagħha d-dinja tagħmel transizzjoni ġusta għal soċjetà bla karbonju.

Statistika nternazzjonali tindika kif mill-2012’l hawn Malta għamlet passi kbar f’dan l-aspett. L-emissjonijiet naqsu minn 6.5 tunnelati ta’ karbonju kull persuna fl-2012 għal 3.6 tunnelata fl-2020. Biex wieħed jieħu ideja ta’ kemm din hija qalba fenomenali, biżejjed wieħed jinnota li fl-Ewropa dan il-livell ta’ emissjonijiet ras għal ras  l-aħħar li nkiseb kien fis-snin tletin tas-seklu li għadda. Fil-każ ta’ pajjiżna erġajna ġibna l-livell tal-emissjonijiet fil-livell li l-aħħar kellu pajjiżna fl-1985, minkejja li illum għandna l-livell ta’ ġid nazzjonali ras għal ras huwa sebgħa darbiet akbar. Madwar l-Ewropa kien hemm tnaqqis mill-2012’l hawn, imma dawn naqsu sal-livell li kellha Malta fl-2012, u allura għadhom kważi d-doppju tal-emissjonijiet ras għal ras li għandu pajjiżna.

Taħt amministrazzjoniijet Nazzjonalisti l-emissjonijiet tal-karbonju ras għal ras kellhom xejra waħda – il-fuq. Minn 4.2 tunnelata fl-1986 għal 6.2 tunnelata fl-1991, għal 6.5 tunnelata fl-1995, għal 6.7 fl-2007.  Kien isir ħafna diskors fuq l-ambjent imma fir-realta mhux talli ma kien isir xejn, talli l-ammont ta’ emissjonijiet kien jiżdied sena wara sena. Dan minkejja li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku f’dawn il-leġislaturi kienu ferm u ferm anqas minn dawk fl-aħħar żewġ leġislaturi. 

Dan kien ifisser li l-poplu kien qed jingħata opportunitajiet ekonomiċi limitati u bi prezz ambjentali għoli. B’kuntrast taħt Gvernijiet Laburisti l-ekonomija kibret b’rata kważi tlett darbiet akbar filwaqt li l-emissjonijiet ras għal ras naqsu kważi bin-nofs.

Sport