Saturday, May 4, 2024

Jitħabbru l-finalisti tat-62 edizzjoni taI-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Aqra wkoll

Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2021. Il-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw kienu jammontaw għal 69 sabiex issa tħabbru l-ħames finalisti għal kull kategorija. 

Intant f’konferenza stampa li saret fis-Sala Teddie Borg fil-Kumpless Sportiv ta’ SportMalta fil-Kottonera u li xxandret diretta fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Edukazzioni, l-lsport, lt-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-lnnovazzjoni Clifton Grima qal li kien ta’ pjaċir għalih li kien qed jattendi għal din iċ-ċerimonja ta’ tħabbira tal-finalisti wara n-nuqqas tas-sena l-oħra fejn saret biss iċ-ċerimonja finali. Dr. Grima feraħ lil dawn kollha li għamluha wkoll sas-semi finali u awgura kull suċċess lil dawn li issa huma finalisti.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef qal li jinsab sodisfatt bil-parteċipazzjoni tal-membri fil-proċess ta’ votazzjoni u jittama li l-għażla finali tkun tirrifletti verament il-kisbiet tal-atleti, kowċis, tims u uffiċjali tul is-sena 2021. Micallef irrimarka li għas-serata finali se jkun hawn bħala mistiedna internazzjonali l-Vċi President tal-AIPS Iannis Daras u l-President tal-Assoċjazjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru Erodotos Militdaus.

Il-finalisti tat-62 edizzjoni huma dawn:

SPORTIV TAS-SENANEIL AGIUS – Open Water Swimming
THOMAS BORG – Paralympics
GARY GIORDIMAINA – Wrestling
BEN PLUMPTON – Water Polo
JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

SPORTIVA TAS-SENASUE ABELA – Ten Pin Bowling
CLAIRE AZZOPARDI – Long Jump (Athletics)
MYA AZZOPARDI – Swimming
ELEANOR BEZZINA – Target Shooting
 YAZMIN ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENAJAYDEN CUTAJAR – Water Polo
KAYDEN LAGANÀ – Ten Pin Bowling
RICHARD SCHULTHEIS – Sailing
KIJAN SULTANA – Squash
JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENAFRANCESCA CLARK – Badminton
CHERISE FARRUGIA– Horse Racing
SASHA GATT – Swimming
TENISHIA THORNTON – Weightlifting
TARA VELLA CLARK – Gymnastics

KOWĊ TAS-SENAANTHONY FARRUGIA – Water Polo
JESMOND GIORDIMAINA – Wrestling
JIVKO JECHEV – Athletics
RODMAR PULIS – Weightlifting
RICK VOGELESANG – Ten Pin Bowling

UFFIĊJAL TAS-SENAJULIAN BAJADA – Paralympics
TERRY CAMILLERI – Billiards & Snooker
JESMOND CARUANA – Weightlifting
TRUSTIN FARRUGIA CANN – Football
BERNARD VASSALLO – Basketball

TIM TAS-SENABilliards & Snooker – MASTERS TEAM MEN
Futsal – LUXOL ST ANDREWS TEAM MEN
Rugby – MALTA NATIONAL TEAM MEN
Water Polo – MALTA NATIONAL TEAM U/15 MEN
Weightlifting – EUROPEAN SMALL NATIONS TEAM MIXED

PEOPLE’S CHOICE AWARD
NEIL AGIUS – Open Water Swimming
NOEL AQUILINA – Wheelchair Basketball
ANDY GRECH – Athletics
MAJA THEUMA – Paralympics
TENISHIA THORNTON – Weightlifting

Waqt is-serata se jingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti tal-aħjar żewġ atleti ta’ Special Olympics Malta u l-unur tal-Aħjar Attività Internazzjonali tas-Sena.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham għamlet appell lill-finalisti, lill-kowċis u lill-familjari tal-finalisti sabiex ħadd ma’ jipprova javviċina jew jinfluwenza xi ġurnalist fl-għażla tal-vot finali. Individwi li jagħmlu dan ikunu skwalifikati immedjatament mill-proċess tal-għażla.

It-62 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ April fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ f’San Ġiljan, b’xandira diretta tar-Red Carpet fuq il-midja soċjali li tibda fit-8pm u tkompli bis-Serata Finali fuq TVM News+ mid-8:45pm ‘il quddiem.

Sport