Monday, December 9, 2024

Jitħabbru n-nominazzjoni tal-FIFA Best Awards 2024

Aqra wkoll

Il-bieraħ tħabbru n-nomi­nazzjonijiet tal-FIFA  Best Awards 2024 fejn interessanti huwa l-fatt li mill-Premier League Ingliż, li huwa meqjus bħala l-aqwa wie­ħed fid-dinja, intgħażlu żewġ players biss li inċidentalment jilagħbu ma’ Manchester City – Rodri u Erling Haaland. 

Iż-żewġ players ġew rikonoxxuti wara li s-City saru l-ewwel team fl-istorja  tal-ogħla diviżjoni Ingliż li rebħu erba’ titli konsekuttivi.

Il-midfielder ta’ Real Mad­rid u l-Ingilterra, Jude Bellingham, huwa wieħed mill-11-il players nominati għall-premju, li hu dominat minn players bbażati fi Spanja.

Lionel Messi, ir-rebbieħ tal-2023, huwa l-uniku player nominat għall-premju li jilgħab barra mill-Ewropa.

Ir-rebbieħ tal-Ballun tad- Deheb, Rodri, huwa kandidat ewlieni għal dan il- premju iżda se jiffaċċja kompetizzjoni minn Vinicius Jr ta’ Real Madrid, li spiċċa fit-tieni post fil- votazzjoni tal-Ballun tad- Deheb.

Bellingham ta’ 21 sena, li spiċċa t-tielet fil-votazzjoni tal-Ballun tad-Deheb, se jkun qed jittama li jsir l-ewwel player Ingliż l li jirbaħ dan il-premju tal-FIFA.

Il-votazzjoni se tkun imqassma bejn il-partitarji, il-captains u l-coaches attwali tat-timijiet nazzjonali kif ukoll rappreżentanti tal- media.

Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, li rebaħ il-coach tas-sena fl-2023, qed jerġa’ jiġi nominat flimkien ma’ Carlo Ancelotti ta’ Real Madrid, Xabi Alonso ta’ Bayer Leverku­sen, il-manager tal-Arġentina Lionel Scaloni u l-coach ta’ Spanja Luis de la Fuente.

David Raya ta’ Arsenal, Ederson ta’ Manchester City u Emiliano Martinez ta’ Aston Villa ġew nominati għall-premju tal-goalkeeper tas-sena.

Andriy Lunin ta’ Real Madrid, Gianluigi Donnarumma ta’ Paris St-Germain, Mike Maignan ta’ AC Milan u Unai Simon ta’ Athletic Bilbao jiffurmaw il- bqija tan-nominati.

In-nominazzjonijiet kolha huma:

L-AĦJAR PLAYER

Dani Carvajal (Spanja/Real Madrid)

Erling Haaland (Norveġja/Manchester City)

Federico Valverde (Urugwaj/Real Madrid)

Florian Wirtz (Ġermanja/Bayer Leverkusen)

Jude Bellingham (Ingilterra/Real Madrid)

Kylian Mbappe (Franza/Paris St-Germain/Real Madrid)

Lamine Yamal (Spanja/Barcelona)

Lionel Messi (Arġentina/Inter Miami)

Rodri (Spanja/Manchester City)

Toni Kroos (Ġermanja/Real Madrid)

Vinicius Jr (Brażil/Real Madrid)

L-AĦJAR COACH

Carlo Ancelotti (Real Mad­rid)

Lionel Scaloni (Arġentina)

Luis de la Fuente (Spanja)

Pep Guardiola (Manchester City)

Xabi Alonso (Bayer Le­ver­kusen)

L-AĦJAR GOALKEEPER

Andriy Lunin (Ukrajna/Real Madrid)

David Raya (Spanja/Arsenal)

Ederson (Brażil/Man­ches­ter City)

Emiliano Martinez (Ar­ġentina/Aston Villa)

Gianluigi Donnarumma (Italja/Paris St-Germain)

Mike Maignan (Franza/AC Milan)

Unai Simon (Spanja/Athletic Bilbao)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport