Sunday, December 22, 2024

Jitħabbru pjani ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela li saret f’Għawdex ħabbar il-pjani tal-Gvern li jkun hemm żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-Ministru ħabbar li parti minn dan il-pjan se jara żvilupp ta’ spart akut ġdid. Dr Abela sostna li l-għan ta’ dan il-pjan hu li Għawdex ikollu infrastruttura medika moderna u komprensiva, sabiex ikompli jingħata servizz ta’ kura tas-saħħa tal-ogħla livell f’Għawdex stess

Hu ħabbar li l-isptar il-ġdid se jkopri madwar 400 sodda u dan ifisser li se jkunu qegħdin jirdupjaw is-sodod fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Se jsir Ċentru ġdid tal-Anatomija, Faċilità ġdida għar-riċerki, Ċentru ta’ CDAU u l-installazzjoni ta’ Helipad ġdida biex pazjenti li jkollhom bżonn jitniżżlu Mater Dei jkunu jistgħu jużaw il-ħelikopter mill-isptar stess.

“Grazzi għal dan il-pjan mhux biss ser inkunu qed ntejbu u noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell, imma wkoll se naraw numru ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità għall-Għawdxin. Il-Gvern kontinwament qed jibqa’ jaħdem u jiżgura li l-Għawdxin ikollhom is-servizzi tas-saħħa kollha neċessarja provduti f’Għawdex stess,” sstna l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Ekonomija

Sport