Sunday, November 10, 2024

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Golden Bee Award

Aqra wkoll

Il-Mediterrane Film Festival ilbieraħ filgħaxija ċċelebra l-Lejla tal-Għeluq tiegħu biċ-Ċerimonja tal-Premjijiet Golden Bee.

L-avveniment seħħ fil-Forti Manoel, il-Gżira u kien ippreżentat minn David Walliams OBE. Mistednin għas-serata kien hemm ukoll l-istilla ta’ X Factor Rebecca Ferguson, is-Sassofonista Alexandra Ilieva u t-Tenur Malti Joseph Calleja.

L-artisti internazzjonali li attendew kienu jinkludu lil Eric Bana li lbieraħ ippreżenta l-masterclass tiegħu fir-reċtar, Jared Harris, Natascha McElhone, Annabelle Wallis, Daniela Melchior, Joaquin de Almeida u Nastassja Kinski.

ALCARRÀS taħt id-direzzjoni ta’ Carla Simón, l-għażla ta’ Spanja, ħa l-ogħla unur tal-lejl b’Golden Bee għall-Aħjar Film minn fost id-9 pajjiżi li kienu qed jikkompetu. Il-ġurija kienet immexxija minn Adrian Wootton OBE, CEO ta’ Film London u l-Kummissjoni tal-Films Brittaniċi.

Johann Grech, il-Kummissarju tal-Films, irringrazzja lil kull min kien involut biex l-ewwel Mediterrane Film Festival li qatt sar kien wieħed ta’ suċċess. Huwa qal “ Ilkoll nafu, li l-ħolm mingħajr għanijiet jibqgħu biss ħolm. Għalhekk, biddilna l-ħolm tagħna f’għan ċar. L-għan li tinbena industrija tal-films ta’ klassi dinjija f’Malta. Bl-għan li noħolqu impjiegi u opportunitajiet għall-ĦAFNA MHUX IL-FTIT. U qed inbiddlu dik il-ħolma f’realtà. L-istorja dejjem tevolvi… SAR ĦAFNA, GĦAD FADAL ĦAFNA X’ISIR.

LIST TAR-REBBIEĦA

  • L-AĦJAR MAKE UP & DISINN XAGĦAR
    Marco Perna – NOSTALGIA
  • L-AĦJAR ĊINEMATOGRAFIJA
    Rui Poças – ALMA VIVA
  • L-AĦJAR MUŻIKA ORIĠINALI
    Amine Bouhafa – ALMA VIVA
  • L-AĦJAR SCREENPLAY
    Alice Diop, Amrita David – SAN OMER
  • L-AĦJAR DISINN TAL-PRODUZZJONI
    Carmine Guarino – NOSTALGIA
  • L-AĦJAR KOSTUM
    Ursula Patzak – NOSTALGIA
  • L-AĦJAR ATTUR
    Pierfrancesco Favino – NOSTALGIA
  • L-AĦJAR ATTRIĊI
    Lua Michel – ALMA VIVA
  • LIFETIME ACHIEVEMENT AWARD
    Marcelle Genovese
  • L-AĦJAR DIRETTUR
    Juraj Lerotić – SAFE PLACE
  • L-AĦJAR FEATURE FILM
    ALCARRAS

MEMBRI TAL-ĠURIJA
Zlatko Burić Il-Kroazja – Attur rebbieħ ta’ bosta premjijiet (L-Aħjar Attur fil-European Film Awards
għal- TRIANGLE OF SADNESS ta’ Ruben Östlund)
Tonia Mishiali Ċipru – Kittieba, direttur, produttur u membru tal-Akkademji tal-Films Elleniċi u
Ewropej (EFA) u tan-Netwerk Awdjoviżiv tan-Nisa Ewropej
Vahina Giocante Franza – Attriċi u direttur

Amanda Livanou Greċja – Produttriċi u membru tal-EFA, Alumni tal-Istitut Sundance; eks-bord tad-
Diretturi tal-Akkademja tal-Films Elleniċi

Boris Sollazzo Italja – Kritiku tal-films u ġurnalist: Viċi Direttur, Hollywood Reporter Italja
Mario Azzopardi Malta – Analista u kritiku tal-films

José Vieira Mendes Portugal – Ġurnalist, kritiku tal-films, programmatur tal-films u membru tal-
Akkademja tal-Films Portugiża

Tina Poglajen Slovenja – Kritika tal-films u ġurnalista
Carlos Reviriego Spanja – Direttur u kritiku tal-ipprogrammar tal-films: El Cultural
GĦAŻLA UFFIĊJALI TAL-FILMS
SAFE PLACE Dir. Juraj Lerotić (Kroazja)
.DOG Dir. Yianna Americanou (Ċipru)
SAINT OMER Dir. Alice Diop (Franza)
MAGNETIC FIELDS (Magnitika pedia) Dir. Giorgoa Gousis (Greċja)
NOSTALGIA Dir. Mario Martone (l-Italja)
CARMEN Dir. Valerie Buhagiar (Malta)
ALMA VIVA Dir. Cristèle Alves Meira (Portugall)
ORKESTER Dir. Matevz Luzar (Slovenja)
ALCARRAS Dir. Carla Simón (Spanja)
LISTA SĦIĦA TA’ TALENT LI ATTENDA
ERIC BANA – JOAQUIM DE ALMEIDA – ANNABELLE WALLACE – NATASCHA McELHONE – HAL OZSAN –
JARED HARRIS – DANIELA MELCHIOR – MEJJU CALAMAWY – DARKO PERIĆ – ANDREI LENART –
YOLANTHE CABAU – SUZANNE SMITH – LOULINDA KELCHIOR – LOULINDA KELCHIOR – LOULINDA
KELCHIOR – LOULINDA KARMA SCAYART – GRACIJA FILIPOVIĆ – MARTA MILANS – DANIEL
PEMBERTON – UMUT ARAL – DUBRAVKA TURIĆ – NASTASSJA KINSKI – KLELIA ANDRIOLATOU –
KATARINA ČAS – CHRIS PRAPHA – SOPHIE LOWE

Sport