Thursday, April 25, 2024

Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP tal-Awstrija

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) iddomina t-tiġrija tal-isprint biex illum se jibda mill-pole position fil-Grand Prix tal-Awstrija li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 30:26.730 biex kompla kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika hekk kif akkwista tmien punti oħra. 

Mit-tieni post se jibda l-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez li kiseb seba’ punti. 

Huwa se jkun segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (6) (Ferrari), iż-żewġ sewwieqa ta’ Aston Martin, il-Kanadiż Lance Stroll (5) u l-Ispanjol Fernando Alonso (4), il-Ġermaniż Nico Hulkenberg (3) (Haas), il-Franċiż Esteban Okon (2) (Alpine) u l-Britanniku George  Russell (1) (Mercedes).

Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 203 – Max Verstappen; 133 – Sergio Perez; 121 – Fernando Alonso; 102 – Lewis Hamilton; 74 – Carlos Sainz.   

Sport