Tuesday, May 14, 2024

Il-Britanniku Yates jirbaħ l-ewwel stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Il-Britanniku, Adam Yates (UAE Team Emirates) rebaħ l-istadju inawgurali tal-110 edizzjoni tat-Tour de France li din id-darba bdiet mill-belt ta’ Bilbao, fi Spanja, fuq distanza ta’ 182 kilometri. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 4:22:49.

Fit-tieni post erba’ sekondi warajh, daħal ħuh, Simon (Team Jayco-AlUla), biex din kienet l-ewwel darba li żewġ aħwa spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet mindu Andy u Frank Schleck mil-Lussemburgu, li għamlu dan fl-2011. 

Is-Sloven Tadej Pogacar (UAE Team Emi­rates) li rebaħ darbtejn dan it-Tour fl-2020 u fl-2021, daħal fit-tielet post. 

It-tieni stadju jsir illum hekk kif jibqa’ fi Spanja, bejn Vitoria-Gasteiz u San Sebastian fuq distanza ta’ 209 kilometri.  

Sport