Sunday, December 22, 2024

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Youth Empowerment Awards 2024

Aqra wkoll

Waqt ċerimonja, tħabbru r-rebbieħa tal-Youth Empowerment Awards. Dawn il-premji, li huma konformi mal-ħidma tal-Gvern fl-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, jirrikonoxxu l-impenn u d-dedikazzjoni li l-għaqdiet taż-żgħażagħ joffru sabiex jipprovdu opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Din l-inizjattiva ġiet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u bl-għajnuna tal-fondi mill-pjattaforma Eurodesk.

F’diskors waqt iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti rrikonoxxa l-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali ta’ diversi individwi u għaqdiet taż-żgħażagħ u l-impatt pożittiv li jħallu fis-soċjetà tagħna.

“Iż-żgħażagħ huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern. Il-Youth Empowerment Awards isaħħu l-impenn tagħna favur iż-żgħażagħ fejn qed inkomplu noffru appoġġ lill-għaqdiet taż-żgħażagħ. Dawn il-premjijiet jirrappreżentaw rikonoxximent tal-impatt li l-għaqdiet taż-żgħażagħ kellhom fuq sħabhom, fl-università u fil-komunità, u huma sejħa biex ikomplu jesploraw ideat ġodda u jkomplu jagħmlu differenza pożittiva,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Ir-rebbieħa huma:

Positive Community Contributions Award – European Studies Organisation (ESO)

Personal Development Award – Junior Chamber of Advocates

Youth-Friendly Information Award – Association of Linguistics and Language Technology

Personal Development Award – Malta University Historical Society – MUHS

Youth-Friendly Information Award – Għaqda tal-Malti tal-Università

Personal Development Award – Malta Neurological Students Organisation (MNSS)

Personal Development Award – ELSA Malta

Personal Development Award – SACES

Personal Development Award – UM Racing

Ekonomija

Sport