Tuesday, October 22, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għarb

Aqra wkoll

Raġel qed isofri minn ġrieħi garvi, wara li llum għall-ħabta tal-10:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, l-Għarb, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia misjuqa minn Kanadiż ta’ 50 sena u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Għarb, Għawdex.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport