Għal sena oħra f’Betlehem f’Għajnsielem, ittella l-presepju ħaj mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur. Dan infetaħ għal pubbliku, mis-16 ta’ Diċembru u kien mistenni jintemm il-Ħadd 7 ta’ Jannar, iżda sfortunatament se jintemm sal-llum minħabba li għada, is-Sibt u l-Ħadd, it-temp mhux se jippemetti.
Dan tħabbar mill-Kumitat organizzattiv ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, li b’messaġġ fuq Facebook qal li dan se jsir b’dispjaċir minħabba li t-temp għal għada s-Sibt u anke l-Ħadd, qed jiġi mbassar li ser ikunu b’riħ qawwi ħafna u anke xita u b’hekk mhux ser jagħti l-possibilita’ li jsir dan il-vjaġġ, kif dejjem sar bħala l-għeluq ta’ dan il-presepju ħaj.
Temmu jgħidu; “Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li taw sehemhom f’din l-edizzjoni u lilkom kollha li dejjem ġejtu iżżuruna, kif ukoll għas-sapport kontinu tagħkom”.