Friday, October 4, 2024

“Ma nistgħux naċċettaw aktar li l-carer ma jkunx jifhem il-lingwa tagħna”

€1,000 żieda fl-iskema Carer At Home

Aqra wkoll

Il-Gvern se jkun qiegħed jieħu miżuri sabiex itejjeb il-ħila fl-ilsien Malti ta’ carers li jiġu minn barra biex jaħdmu fostna. Dan għaliex ma jistgħux ikunu aċċettati aktar sitwazzjonijiet fejn carers ma jkunux jifhmu l-lingwa tagħna u ma jkunux jistgħu jirrispondu b’mod bażiku għall-ħtiġijiet tar-residenti. 

Stqarr dan il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela f’kummenti li ta lill-ġurnalisti fi tmiem konferenza stampa li matulha tħabbret iż-żieda ta’ €1,000 fl-iskema ‘carer at home’ – miżura li hija parti mill-budget għal din is-sena. 

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Abela enfasizza fuq l-importanza li dawn il-carers ikomplu jingħataw aktar taħriġ u f’dan il-kuntest il-Gvern flimkien ma’ dipartimenti oħra fi ħdanu se jara li jkun hemm titjib fil-Malti għaliex dan il-qasam il-Gvern se jkompli jagħti kas tiegħu. B’hekk se jkunu implimentati aktar bidliet li se jkunu attwati fix-xhur li ġejjin.

Sport