Thursday, April 18, 2024

Jitilfu l-kawża dwar kummenti li huma kienu involuti fl-għejbien ta’ binthom Madeleine

Aqra wkoll

Kate u Gerry McCann tilfu l-aħħar stadji tal-kawża li fetħu kontra Goncalo Amaral; uffiċjal Portugiż irtirat, minħabba kummenti li kien għamel fil-konfront tagħhom.

L-avukati tal-koppja kienu argumentaw li l-awtoritajiet Portugiżi kienu kisru d-drittijiet tal-privatezza tagħhom fil-mod kif il-qrati imxew dwar l-ilmenti tagħhom kontra Amaral.

Dan tal-aħħar kien qal fi ktieb, dokumentarju televiżiv u anke f’intervista fuq gazzetta, li l-ġenituri taċ-ċkejkna kienu involuti fl-għejbien ta’ binthom.

Il-qorti sabet li r-reputazzjoni tal-koppja kienet sofriet danni kawża tal-fatt li kienu spiċċaw suspettati uffiċjali fil-każ għal perjodu qasir, aktar milli minħabba l-kummenti ta’ Amaral.

Madeleine kienet għebet lura fl-2007 waqt li kienet fuq btala mal-familja tagħha fi Praia da Luz fil-Portugall.

Issa l-ġenituri tagħhom għandhom ċans ta’ tliet xhur biex jappellaw mid-deċiżjoni tal-qorti.

Ekonomija

Sport