Telgħu għal 32 l-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tan-nirien li żviluppaw fi stabbiliment tad-divertiment fil-belt ta’ Ho Chi Minh fil-Vjetnam. L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija.
In-nirien żvolġew fis-sulari ta’ fuq tal-istabbiliment u dan wassal biex għadd ta’ klijenti sfaw maqbuda tant li erba’ persuni rnexxielhom jaħarbu billi qabżu mit-tieni u t-tielet sular. Fortunatament dawn ħelsuha ħafif.
Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar marru minnufih fuq il-post u rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien f’ħin ta’ siegħa. Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien.
Il-vittmi f’dan l-inċident jinkludu 17-il raġel u 15-il mara. Dan filwaqt li hemm diversi persuni oħra li weġġgħu f’dan l-inċident.