Monday, November 11, 2024

Jitilgħu l-poloz tas-semi-finali u l-finali tal-play-off għall-UEFA EURO 2024

Aqra wkoll

Il-Ħamis, telgħu l-poloz u l-proċedura ta’ kif se jikkwalifikaw it-tliet timijiet għat-tliet postijiet l-oħra li fadal biex ikunu magħrufa l-24 tim finalist tal-EURO 2024

Path A: Finali bejn ir-rebbieħ tas-semi-finali 1 bejn il-Polonja u l-Estonja kontra r-rebbieħ tas-semi-finali 2 bejn Wales u l-Finlandja.

Path B: Finali bejn ir-rebbieħ tas-semi-finali 1 bejn l-Iżrael u l-Iżlanda kontra r-rebbieħ tas-semi-finali 2 bejn il-Bożnja Herzegovina u l-Ukrajna.

Path C: Finali bejn ir-rebbieħ tas-semi-finali 1 bejn il-Georgia u l-Lussemburgu kontra r-rebbieħ tas-semi-finali 2 bejn il-Greċja u l-Kazakhstan.

Is-sitt semi-finali se jkunu qed jintlagħabu fil-21 ta’ Marzu filwaqt li t-tliet finali se jsiru fis-26 ta’ Marzu 2024.

Sport