Il-coach tat-team nazzjonali Spanjol tan-nisa, Jorge Vilda, tkeċċa mill-kariga tiegħu bħala parti minn bidliet fl-istruttura l-ġdida fi ħdan l-FA Spanjola wara l-iskandlu tal-‘kiss-gate’ tal-president Luis Rubiales.
Il-pożizzjoni ta’ Vilda kienet kontroversjali minkejja li l-coach mexxa lil Spanja għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja meta fil-finali għelbu lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 1-0, fl-20 ta’ Awwissu.
L-FA Spanjola ġiet imħeġġa tkeċċi lil Vilda mill-kumitat tal-presidenti reġjonali tagħhom il-ġimgħa li għaddiet, bl-organizzazzjoni tiffaċċja pressjoni li dejjem qed tikber minħabba Rubiales.
Vilda tkeċċa mill-kariga tiegħu wara laqgħa mal-aġent president tal-FA ta’ Spanja, Pedro Rocha.
Rubiales ġie sospiż proviżorjament mill-FIFA u qed jiffaċċja pressjoni biex jirriżenja wara l-bewsa “famuża” li ta lil Jennifer Hermoso wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa.