Thursday, May 16, 2024

Żewġ ħaddiema għamlu ħsara irreparabbli fil-Great Wall of China 

Aqra wkoll

Wieħed mis-seba għeġubijiet tad-dinja, il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina safa ‘midrub’ meta żewġ ħaddiema ħaffru fetħa ġo fih biex iqassru triqithom lejn fejn kien sejrin. Il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċna huwa enormi li jifrex fuq eluf ta ‘mili tul il-fruntiera storika tat-Tramuntana taċ-Ċna. Il-parti tal-Ħajt li saritilha l-ħsara serja hi fil-provinċja ċentrali ta Shanxi. 

Mibni matul millenji, il-ħajt inbeda bħala sensiela ta’ ħitan iżgħar li jmorru lura għas-seklu Seba Qabel Kristu (QK) u kien iservu bħala barrieri protettivi kontra attakki nomadiċi. 

Fis-sena 220 QK, l-ewwel Imperatur taċ-Ċna Qin Shi Huang għamar l-unifikazzjoni tal-ħitan kollha taċ-Ċna f’barriera waħda biex saħħaħ u estenda l-ħajt biex iżomm il-barra l-invażuri tat-Tramuntana. 

Illum il-Ħajt il-Kbir taċ-Ċna huwa rikonoxxut bħala wieħed mis-seba’ meravilji tad-dinja li bil-fergħat kollha tiegħu ikejjel 13,171 mil.

Il-Pulizija qalu li żewġ persuni huma suspettati li ppruvaw joħolqu ‘shortcut’ għax-xogħol ta’ kostruzzjoni li kienu qed jagħmlu. It-tnejn inżammu arrestati u l-każ jinsab taħt investigazzjoni ulterjuri.

Iż-żewġ ħaddiema ħaffru fetħa fil-Ħajt il-Kbir billi wessgħu kavità eżistenti sabiex l-iskavatur tagħhom ikun jista’ jgħaddi minnu. Il-Pulizija qalet li bli għamlu, iż-żewġ ħaddiema riedu jnaqqsu d-distanza li kellhom jivvjaġġaw.

Il-Pulizija saħqu wkoll li t-tnejn ikkawżaw ħsara irriversibbli għall-integrità tal-Ħajt il-Kbir Ming u għas-sigurtà tal-fdalijiet kulturali tal-pajjiż.

Il-parti tal-ħajt li saritilha ħsara tinsabu fil-kontea ta’ Youyu u huwa sezzjoni tal-Ming Great Wall, kategorizzat bħala sit storiku u kulturali li huwa protett fil-livell provinċjali.

L-uffiċjali ġew infurmati bil-ħsara fl-24 ta’ Awwissu wara li rċevew rapporti li kien hemm fetħa kbira fil-ħajt.

Il-Ħajt il-Kbir, sit ta’ wirt dinji tal-Unesco mill-1987, beda jinbena fuq bażi kontinwa madwar 220 sena QK sad-Dinastija Ming fl-1600s, meta l-Ħajt il-Kbir kien l-akbar struttura militari fid-dinja. 

Sport