Tuesday, April 30, 2024

“Dawk li għandhom l-ulied jistgħu jimmaġinaw kemm kien prezzjuż għalija dan il-mument”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dawk li għandhom it-tfal jistgħu jifhmu kemm kien għal qalbi dan il-mument. Ġibt lil ibni lura mill-Awstralja biex ikun jista’ jesperjenza l-istage quddiem il-folla. Ridtu jkun jaf li li taqsam il-mużika mal-oħrajn hija xi ħaġa sabiħa u hu jħobb jagħmel dan”. Iddikjara dan Joven Grech parti mid-Duo Tenishia li s-Sibt li għadda reġgħu ngħaqdu biex ifakkru s-suċċessi tagħhom wara li fil-karriera mużikali tagħhom kien irnexxielhom jagħmluha mal-aqwa 100 DJ fid-dinja. 

Grech kompla biex ifaħħar lil ibnu li minkejja l-età tiegħu diġà għandu ċertu abbiltajiet fuq is-sett li jindikaw li hemm ċans kbir li jkompli fuq il-passi ta’ missieru. Huwa kompla biex jgħid li bħalma hu jħossu onorat li rnexxielu joffri l-mużika tiegħu lill-ġenerazzjonijiet ta’ bħalissa, jittama li meta jasal il-waqt ibnu jkun jista jagħmel l-istess mat-tfal li tilgħin biex ikompli jxerred l-imħabba tal-mużika.

Sport