Sunday, December 22, 2024

Jitkellem dwar id-dipendenza tal-ġenituri fuq d-droga eroina u l-isfidi biex irnexxa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Li nirrappreżenta lill-Maltin u l-Għawdxin u saħansitra liċ-ċittadini Ewropej kollha, hi xi ħaġa li kienet diffiċli ħafna li xi ħadd seta’ jobsorha. Dawk li ltaqgħu miegħi fi tfuliti raw b’għajnejhom bosta ngredjenti li faċli jwasslu għall-falliment”. Iddikjara dan il-Membru Parlamentari Ewropej Cyrus Engerer waqt id-diskors tiegħu fi tmiem il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista.

Engerer spjega li minkejja li ommu u missieru dejjem ħabbewh u anke lil ħutu, kellhom waħda mill-ikbar ġlidiet f’ħajjithom – id-dipendenza fuq id-droga eroina. 

Huwa sostna li jaf kemm ġabet familji għarkupptejhom u kissret il-ħolm ta’ ħafna tfal. Madanakollu, huwa sostna li permezz ta’ soċjetà, għaqdiet volontarji u gvern li jipprovdulek l-għodod kollha biex inti minkejja li l-familja ma tkunx tista’ tgħinek, biex tkun tista’ tilħaq il-potenzjal tiegħek.

Engerer fakkar lil nannuh li saħansitra kien jagħmel minn kollox biex jara li hu jattendi l-iskola, anke jekk ġieli pprova jaħrab.

Huwa qal li anke meta l-affarijiet jidhru impossibbli, grazzi għal soċjetà b’saħħitha tista’ tirnexxi u fejn tiżbalja ssib soċjetà li tagħtik it-tieni ċans.

Ekonomija

Sport