Friday, November 15, 2024

Jitla’ għal 100 n-numru ta’ persuni mejta f’maltempati ġewwa l-Brażil

Aqra wkoll

Għargħar u valangi kkaw­żi minn xita torrenzjali ħasdu l-ħajja ta’ iktar minn 100 persuna ġewwa l-Grigal tal-Brażil. Il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin b’ħidma bla heda bil-għan li jsibu persuni li għadhom ħajjin qalb it-tifrik. Il-valangi ta’ tajn kienu tant qawwija li għadd ta’ djar inqerdu totalment.

Residenti ta’ għadd ta’ żoni affettwati ddeskrivew dawn il-valangi bħal “tsunami ta’ tajn”. Ix-xita bdiet il-ġimgħa li għaddiet u intensifikat sewwa fi tmiem il-ġimgħa, tant li f’ċertu żoni kien hemm 70% iktar xita minn dik li tagħmel is-soltu. Persuni tal-lokal qalu li huma qatt ma raw dak l-ammont ta’ xita f’ħin daqshekk qasir.

Ekonomija

Sport