Friday, May 3, 2024

Man Utd jikkonfermaw li Paul Pogba se jitlaq

Aqra wkoll

Manchester United għadhom kif ikkonfermaw li l-midfielder Franċiż, Paul Pogba, li se jitlaq mill-club bi trasferiment ħieles.

Din hija t-tieni darba li Pogba se jħalli lir-Red Devils fejn din id-darba huwa lagħab 226 partita iżda rebaħ biss żewġ unuri  … il-League Cup u l-UEFA Europa League.

Huwa kien telaq lill-United fl-2012 biex jingħaqad ma’ Juventus fejn magħhom lagħab erba’ snin qabel ma rritorna f’Old Trafford taħt it-tmexxija tal-coach, Jose Mourinho, għas-somma rekord ta’ £89 miljun.

Issa huwa mistenni jirritorna mal-Bianconeri fejn qed jinnegozja t-trasferiment tiegħu.

Sport