Thursday, April 18, 2024

“Serraħnielek rasek qabel ħallejtna Austin”… l-aħħar tlett iklieb li kien irabbi għall-adozzjoni

Aqra wkoll

“Strieħ fis-sliem Austin. Kuntenti li stajna nserrħulek rasek mill-klieb kollha tiegħek.” Iddikjara dan The Island Sanctuary Malta hekk kif fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Austin Borg. Irriżulta li Austin kien ikkuntattja s-santwarju biex jgħinuh minħabba li ma kienx għadu jiflaħ iżomm ħafna annimali. Is-santwarju kien aċċetta li jgħinu u ħadlu l-ewwel 12-il kelb sakemm ġimagħtejn ilu ħadu l-aħħar tlieta li kien baqagħlu.

Austin jibqa’ mfakkar għall-qalb tajba tiegħu u l-imħabba li kellu lejn l-annimali. Huwa kien spjega dwar id-deċiżjoni li jgħix mingħajr elettriku biex ikun jista’ żomm mat-80 kelb u qattus fl-aħjar kundizzjoni possibbli. “Kuntent għax qed jgħixu miegħi nagħtihom dak kollu li jixtiequ”. Kien iddikjara dan Austin Borg filwaqt li kien esprima ħsieb li kien qiegħed itaqqlu mhux ftit. Kien inkwetat biss minn x’se jiġri minn dawk l-annimali ladarba jiġi nieqes hu.

Jidher li s-santwarju kien għenu jħalli din id-dinja b’moħħu mistrieħ hekk kif fl-aħħar jiem kien ħa f’idejh l-aħħar tlett iklieb li kellu; Katrika, Fleur u Glory.

Austin se jingħata l-aħħar tislima għada fis-2:30 p.m fil-Knisja tal-Madonna tad-Duluri fil-Ħamrun.

Ekonomija

Sport